Sunday, November 24, 2024

Xi tfisser ir-rebħa legali ta’ Man City kontra l-Premier League?

Aqra wkoll

Nhar it-Tnejn li għadda, l-attenzjoni fil-football Ingliż kienet waħda partikolari hekk kif tħabbar il-verdett fil-kawża legali ta’ Manchester City kontra l- Premier League dwar ir-re­goli tal-kampjonat dwar ftehimiet kummerċjali li jin­­volvu s-sidien tal-clubs.

Manchester City, li huma proprjetà tas-City Football Group appoġġjat minn Abu Dhabi, kellhom xi ilmenti milqugħa, b’żewġ aspetti tar-regoli tat-tranżazzjoni tal-parti assoċjata (APT) meq­jusa illegali minn tribu­nal.

Iżda l-Premier League sostnew li t-tribunal ċaħad il-maġġoranza tal-isfidi ta’ Manchester City u “approva l-għanijiet ġenerali, il-qafas u t-teħid tad-deċiżjonijiet tas-sistema APT”.

L-APTs huma mmirati lejn il-valur ta’ ftehimiet ta’ sponsors ma’ kumpaniji mar­buta mas-sidien tal-clubs.

Dan il-każ mhuwiex direttament relatat mal-kummissjoni dixxiplinarja tal- Premier League li se tisma’ l-115-il akkuża kontra s-City talli allegatament kisru ir- regolamenti finanzjarji, li wħud minnhom imorru lura għall-2009.

It-tribunal – f’dokument ta’ 175 paġna – iddeċieda li s-self tal-azzjonisti m’għandux jiġi eskluż mill-ambitu tar-regoli tal-APT u li xi emendi li saru fi Frar mill- Premier League m’għandhomx jinżammu.

F’dan il-proċess ta’ arbitraġġ, Chelsea, Newcastle u Everton kollha aġixxew bħa­la xhieda għas-City.

Xhieda favur il-Premier League kienu jinkludu lil Manchester United, Liverpool, Arsenal, Tottenham, Brighton u West Ham filwaqt li Brentford, Bournemouth, Fulham u Wolves kitbu ittri b’appoġġ għar- regoli.

Peró wara dan il-verdett l-ebda club ma ried jagħti l-kummenti tiegħu. 

Min-naħa ta’ Simon Leaf, sieħeb u kap tal-isport fid- ditta legali Mishcon de Reya, qal:

“Filwaqt li d-deċiżjoni hija waħda mbarazzanti għall-Premier League, min­ħabba li f’żoni ristretti  nstabu li r-regoli tagħhom huma illegali, b’mod ġene­rali din id-deċiżjoni tikkonferma li l-maġġoranza l-kbira tar-regoli APT huma tabilħaqq legali.”

Waqt li kien qed jitkellem fis-Summit Globali tal-Liġi fl-Isport, Leaf żied jgħid: “Għalhekk, filwaqt li nistgħu nistennew li naraw xi bidliet fir-regoli fil-futur qrib, b’mod ġenerali din mhix rebħa kbira għal Manchester City b’xi medda ta’ immaġinazzjoni.”

Il-Premier League sejjaħ laqgħa għall-ġimgħa d- dieħ­la biex jiddiskuti l-implikazzjonijiet tas-sentenza.

X’INHUMA L-APTs?

L-APTs huma ftehimiet kummerċjali li jinvolvu clubs u kumpaniji li magħhom għandhom rab­tiet mill-qrib. Ir-restriz­zjonijiet fuq il-valuri ġusti tas-suq (FMVs) ġew introdotti f’Diċembru 2021, ftit wara l-akkwist tal-club ta’ Newcastle immexxi mill- Arabja Sawdija.

Il-Kampjonat Premier għandu d-dritt li jivvaluta l-valur ta’ ftehimiet bħal dawn biex jiżgura li ma jkunux ġew minfuħa u li jista’ jagħti lill-clubs aktar x’jonfqu skond ir-regoli finanzjarji attwali.

Iżda dawn ir-regoli nbidlu wara votazzjoni fi Frar li bid-deċiżjoni ma tkunx waħda unanima. 

Tnax-il club ivvutaw biex jinbiddlu r-regoli, bi tnejn astjenew u sitta jivvutaw kontra t-tibdil.

Dawk il-bidliet fir-regoli kienu jinvolvu emendi għad-definizzjoni FMV, u ċaqliq tal-piż tal-prova lil club biex juri li tranżazzjoni hija fil-valur tas-suq ġust.

Din il-battalja legali    bdiet f’Ġunju li għadda.

Il-Premier League u Manchester City, it-tnejn qalu li laqgħu s-sejbiet tat-tribunal imħabbra nhar it-Tnejn, b’kull naħa tiffoka fuq l-elementi favur tagħhom.

Bla dubju, din ir-rebħa se tagħti lok għal aktar bidliet  li se jiggwadanjaw minnhom il-clubs il-kbar. 

Sport