“Xi trid tgħid Therese Comodinig Cachia. Għidli. Biex qed tidħak? Missek tistħi twaqqa’ għaċ-ċajt lill-ħaddiema. Dan l-apparat xtrajnieh biex nipproteġu l-ħaddiema.”
Dan iddikjarah fil-Parlament, il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne, f’battibekk li kellu mad-Deputata Nazzjonalista Therese Comodini Cachia, li waqt li d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne kien għaddej bi stqarrija ministerjali dwar il-ħidma konnessa mal-Covid19 u beda jsemmi l-apparat li inxtara biex jipproteġi l-ħaddiema, Therese Comodini Cachia, għaddiet xi kummenti u dehret titbissem.