Saturday, November 1, 2025

X’inhi l-fehma tan-nies dwar il-Budget 2026?  

Aqra wkoll

Wara li t-Tnejn li għadda l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana ħabbar il-Budget 2026, bosta kienu dawk li faħħru l-miżuri li ssemmew fil-budget, b’mod partikolari dawk li jolqtu l-aktar lill-familji. Dan is-sentiment kien espress ukoll minn numru ta’ nies li tkellimna magħhom fil-Belt Valletta. 

Waqt li ħafna kienu dawk li ddeskrivewh bħala budget pożittiv u li ma hemm xejn xi tmaqdar fih, kien hemm oħrajn li xtaqu li jiġu indirizzati problemi oħra fosthom it-traffiku. Numru ta’ anzjani li tkellmu magħna faħħru ż-żieda mħabbra fil-pensjonijiet mentri oħrajn tkellmu b’mod pożittiv dwar it-tnaqqis fit-taxxa għal familji bit-tfal. 

Fil-ħarġa ta’ It-Torċa ta’ għada se jiġu ppubblikati aktar kummenti li tawna n-nies dwar il-Budget.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport