Tuesday, December 24, 2024

Xjentisti f’Londra jiskopru b’mediċina ġdida li tista tingħata lill-pazjenti li jkollhom kanċer aggressiv

Aqra wkoll

Diversi xjentisti li jifformaw parti minn tim fl-Università Queen Mary f’Londra skoprew b’ mediċini ġodda, li jistgħu jingħataw lill-pazjenti li jkollhom kanċer li jinsab fi stadju avvanzat.

Huma qalu li l-mediċina l-ġdida, li hija tal-ewwel tip f’20 sena, se tkun qed taħdem partikolarment fuq il-kanċer tal-mesoteljoma. Dan it-tip ta’ kanċer jiżviluppa mis-saff irqiq li jipproteġi l-organi.

Ċifri minn grupp ta’ riċerkaturi tal-kanċer fir-Renju Unit, juri li fil-pajjiż, ikun hemm mal- 2,700 każ ġdid ta’ mesoteljoma u li kawża tal-istess kanċer, kull sena jitilfu ħajjithom mal-2,400 persuna. 

Ekonomija

Sport