Friday, November 15, 2024

Xjentisti jwissu lir-Renju Unit li t-tieni mewġa tal-COVID-19 tista’ toqtol id-doppju

Aqra wkoll

Esperti mediċi jibżgħu li mewġa oħra ta’ Coronavirus tista’ ġġib id-doppju tal-imwiet li ġabet l-ewwel mewġa. Dan jirriżulta minn rapport ikkummissjonat mill-kap tal-konsulenti xjentifiċi tar-Renju Unit. 

Fil-fatt, jidher li grupp ta’ 37 xjentist mill-Akkademja tax-Xjenzi Mediċi, ġew mitluba minn Partrick Vallance biex joħorġu b’mudell tal-agħar xenarju dwar ix-xitwa li ġejja u biex jgħid lill-Gvern Ingliż dwar kif jista’ jipprevjeni li dan iseħħ.  

L-esperti wissew li 119,000 persuna jistgħu jmutu fl-isptarijiet jekk it-tieni mewġa taħkimhom fl-istess waqt li s-servizzi tas-saħħa nazzjonali jkunu qegħdin jiffaċċjaw l-istaġun tal-influwenza. Jgħid li f’dan ix-xenarju r-rata ta’ riproduzzjoni titla’ għal 1.7 sa Settembru, u r-rata tal-infezzjonijiet tkun l-ogħla f’Jannar u Frar. 

Jistqarru li r-rata ta’ mwiet tista’ tkun ogħla, hekk kif l-istudju ma jikkonsidrax l-imwiet fid-djar tal-kura. 

F’dan il-kuntest, l-awturi qed jgħidu li hu kritiku li s-servizzi tas-saħħa nazzjonali jorganizzaw ruħhom ħalli l-pazjenti tal-Coronavirus jinżammu ‘l bogħod minn oħrajn. 

Komplew jisħqu fuq l-importanza li jsiru t-testijiet madwar ir-Renju Unit, tiżdied il-contact tracing u jkun hemm sorveljanza biex titwaqqaf il-marda. Barra hekk, talbu li l-vaċċin tal-influwenza jittieħed minn firxa kbira ta’ nies biex is-servizz tas-saħħa ma jkunux taħt pressjoni. 

Ekonomija

Sport