Tuesday, December 24, 2024

Xjentisti żviluppaw mod kif test tal-Covid-19 ikun magħruf f’10 sekondi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Xjentisti minn ċentru ta’ riċerka ġewwa t-Turkija qalu li rnexxielhom jiżviluppaw test veloċi ħafna għall-Covid-19 li huwa preċiż 99%. Huma qed jgħidu li dan jagħti riżultat f’temp ta’ 10 sekondi u lanqas ikun jeħtieġ li jittieħed swab mill-imnieħer. 

Dan it-test li qiegħed jiġi msejjaħ bħala Diagnovir, ġie żviluppat mill-Università ta’ Bilkent. F’dan it-test, l-ewwel jittieħed swab minn ħalq il-pazjent, jiġi mħallat ma’ kimika u mbagħad tintuża ċippa apposta biex issi traċċi tal-virus. Ir-riċerkaturi li ħadmu fuq dan il-proġett qegħdin jaspiraw li jingħataw l-approvazzjoni mill-awtoritajiet Torok biex dan jibda jiġi pproduċut għall-massa fix-xahrejn li ġejjin. Huma qed jaspiraw li dan jieħu post it-testijiet PCR li qed isir bħalissa. 

Abdullah Atalar, li huwa r-Rettur tal-Università ta’ Bilkent qal li huwa essenzjali li wieħed ikun jaf ir-riżultat malajr biex il-ġlieda kontra dan il-virus tkun ħafna iktar effettiva. Huwa qal li dan it- test jista’ wkoll jintuża f’każi ta’ coronaviruses oħrajn. 

Ekonomija

Sport