Xjenza Malta u Malta Enterprise ffirmaw Memorandum ta’ Ftehim (MoU) sabiex isaħħu lkollaborazzjoni u jappoġġaw l-iżvilupp ekonomiku permezz ta’ inizjattivi mtejba ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni.
L-MoU jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni bejn iż-żewġ aġenziji tal-gvern biex jallinjaw liskemi ta’ finanzjament, filwaqt li jiżguraw appoġġ bla xkiel għall-proġetti ta’ riċerka mill-iżvilupp inizjali sal-kummerċjalizzazzjoni. L-MoU jimmira li jiffaċilita l-kummerċjalizzazzjoni ta’ riċerka żviluppata lokalment billi jipprovdi ppjanar tan-negozju, appoġġ għall-proprjetà intellettwali, u aċċess għal opportunitajiet tas-suq.
Il-ftehim jippromwovi wkoll il-kondiviżjoni tar-riżorsi tekniċi bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet biex tittejjeb l-evalwazzjoni tal-proposti ta’ riċerka, jappoġġa liżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, is-sħubija se tiffoka fuq l-analiżi tal-ekosistema tar-riċerka lokali biex tallinja
aħjar l-isforzi mal-istrateġiji nazzjonali u biex tattira l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni.
Lisforzi ta’ sensibilizzazzjoni u kummerċjalizzazzjoni se jiġu kkoordinati b’mod konġunt biex titqajjem kuxjenza dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament u tissaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta bħala ċentru għall-innovazzjoni. Il-MoU jinkludi wkoll proviżjonijiet biex jiġu ċċekkjati u evalwati lprogress u l-impatt tal-kollaborazzjoni, kif ukoll sabiex jiġu ssimplifikati l-kondiviżjoni tad-data u
l-proċessi amministrattivi biex tittejjeb l-effiċjenza.
Silvio Schembri, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, żied jgħid,; “Permezz ta’ dan il-ftehim, qegħdin nissimplifikaw il-proċessi u nrawmu aktar sinerġija bejn lentitajiet nazzjonali tagħna. Dan huwa eżempju ċar ta’ kif il-Gvern qed jaġixxi bħala faċilitatur, jneħħi l-ostakli bla bżonn u jiżgura li l-istituzzjonijiet jaħdmu flimkien fl-interess nazzjonali, sabiex l-ideat innovattivi jinbidlu f’opportunitajiet għall-ekonomija u s-soċjetà tagħna.”
Keith Azzopardi Tanti, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, qal li “Il-kollaborazzjoni bejn l-industrija, il-gvern u l-istituzzjonijiet edukattivi hija kruċjali biex jitrawmu t-talent u l-innovazzjoni, u dan il-MoU iwitti t-triq għal inizjattivi ta’ riċerka li jħallu impatt u li jkunu ta’ benefiċċju għall-komunità usa’.
Silvio Scerri, CEO ta’ Xjenza Malta, qal, “Din is-sħubija hija pass vitali lejn il-bini ta’ ekosistema talinnovazzjoni aktar koeżiva u effiċjenti f’Malta, li tippermetti lir-riċerkaturi u lin-negozji jġibu ideat fis-suq aktar malajr u b’appoġġ akbar.”
George Gregory, CEO ta’ Malta Enterprise, ikkummenta, “Aħna kburin li qed nissieħbu ma’ Xjenza Malta f’din l-inizjattiva. Billi ningħaqdu flimkien, nistgħu naċċelleraw l-innovazzjoni, nisfruttaw opportunitajiet ġodda għat-talent lokali, u nsaħħu l-pożizzjoni ta’ Malta bħala ċentru b’saħħtu għar-riċerka u l-intrapriża.”
Iż-żewġ partijiet qablu li jikkollaboraw b’mod miftuħ u jżommu komunikazzjoni regolari, inklużi aġġornamenti ta’ kull xahar u laqgħat annwali biex jirrevedu l-progress u jikkoordinaw lattivitajiet. Il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ b’effett immedjat u jibqa’ fis-seħħ għal sentejn, bilpossibbiltà li jiġġedded b’kunsens reċiproku.
Din is-sħubija timmarka pass kruċjali ’l quddiem fit-tisħiħ tal-ekosistema tar-riċerka u linnovazzjoni ta’ Malta, filwaqt li tappoġġa lir-riċerkaturi u lin-negozji lokali fit-trasformazzjoni ta’
teknoloġiji innovattivi f’soluzzjonijiet lesti għas-suq.