Saturday, October 25, 2025

X’jixtiequ jaraw in-nies fil-Budget 2026?

Aqra wkoll

Hekk kif ninsabu jumejn biss bogħod mill-Budget għas-sena d-dieħla, x’inhuma dawk il-miżuri li n-nies qed jistennew l-aktar li jkunu mħabbra jew li jkomplu? Inżilna fit-toroq ewlenin tal-Belt Valletta nistaqsu dwar il-Budget, b’dawk li tkellmu magħna jsemmu temi differenti. Mill-ambjent, il-pensjonijiet u ż-żgħażagħ sa kwistjonijiet oħra relatati mal-ħaddiema barranin u anke l-għoli tal-ħajja fost oħrajn. B’danakollu, is-sentiment ġenerali fost in-nies kien dak li l-Budget 2026 mistenni jkun wieħed pożittiv u li se jkompli jibni fuq il-budgets preċedenti.

In-nies ikkummentaw li “l-pajjiż sejjer tajjeb. Iżda l-għoli tal-ħajja għandha tingħata prijorità. L-ambjent jeħtieġ ukoll li jingħata prijorità. Dwar il-kwistjoni tal-ħaddiema barranin, iva għandna bżonnhom però għandu jkun hemm il-bilanċ. Barra minn hekk, is-sussidji fil-prezzijiet tal-enerġija kienu ta’ għajnuna kbira.”

Fil-ħarġa ta’ It-Torċa ta’ għada se jiġu ppubblikati aktar kummenti li tawna n-nies dwar il-Budget.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport