Sunday, December 22, 2024

X’kien ġara minnu l-bastiment Ohio wara li daħal fil-Port

IL-KONVOJ TA’ SANTA MARIJA…

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kien 82 sena ilu meta f’pajjiżna daħal il-konvoj ta’ Santa Marija, bi provvisti tant mistennija. Anniversarju li baqa’ jitfakkar kull sena. Kien proprju fil-15 ta’ Awwissu meta bastimenti minn dan il-konvoj waslu f’pajjiżna. Niftakar sew lin-nannu jgħidli b’dak li hu kien jiddeskrivi bħala “għaks im- ġiddem”. In-nannu kien mill-Mellieħa. Kien isemmi l-ikel bir-razzjon. Jittiekel il-ħarrub. “Konna nitkarrbu l-ikel mis-suldati Ingliżi fl-Għadira. Kienu jtuna li jifdal.” Jirrakkontali li meta daħal il-bastiment imwieżen fil-port, f’Malta nħolqot qisu arja ġdida ta’ tama.

Diskursati li fihom kienet tidħol in-nanna, li kienet mill-ImtaħLeb. Kienet tgħidlu ċar u tond li dan l-għaks li qed jgħid hu, huma qatt ma rawh. “Darba rajna ajruplan, u n- nagħaġ tant beżgħu, li qabżu mill-ird- um għall-isfel. Qatt ma batejna ġuħ.”

X’ġara minnu l-Ohio?

Il-bastiment li l-aktar li baqa’ jissemma’ minn dan il-konvoj kien l-Ohio. Dieħel imwieżen fil-port. Imma dan il-bastimenti x’kien ġara minnu? Mistoqsija li ħafna ma jafux iweġbuha. Fil-fatt, l-Ohio kien tpoġġa fil- Bajja tal-Kalkara, eżattament taħt it- triq li tagħti lejn il-Forti Rikażli.

Dan inqassam fi tnejn. Parti ntużat bħala dormitorju għas-sulda- ti Jugożlavi, li kienu f’Malta wara li kienu ħadu sehem f’missjoni fl-Italja, u l-parti l-oħra tal-bastiment intużat mill-Army Pay Office.

Kien imbagħad fis-sena 1946, meta l-Ohio ġie deċiż li għandu jitgħarraq. Parti minnu ttieħdet ’il barra mill-Port il-Kbir, madwar 9 jew 10 mili u tgħarrqet. Il-parti l-oħra tgħarrqet ’il barra mill-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli.

Jidher li nqalgħu xi diffikultajiet biex il-parti li ttieħdet barra l-Port il-Kbir titgħarraq u kellhom jisparaw lejha biex tegħreq.

L-istorja tal-Konvoj ta’ Santa Marija

Ma setax jonqosx li 78 sena ilu meta ntlemaħ il-bastiment SS Ohio dieħel irmunkat fil-port, feġġ raġġ ta’ dawl fuq il-poplu Malti. Fil-15 t’Aw- wissu tal-1942, daħal il-bastiment Ohio minn total ta’ ħamsa li waslu Malta sabiex ikunu jistgħu jsalvaw lill-pajjiż li fix-xhur ta’ qabel sofra attakki qawwijin mil-Luftwaffe.

Ta’ min jgħid li l-istoriku tal-gwerra Simon Cusens kien stqarr kif ‘Operation Pedestal’ kienet waħda kritika u fuq kollox bżonnjuża għall-alleati biex iżommu lil Malta bħala bażi navali. Hu kien spjega li din kienet waħda mill-akbar operazzjonijiet li qatt seħħew fl-ibħra tal-Mediterran.

Din il-missjoni kienet se tissupplixxi pajjiż sħiħ b’dak kollu li kellu bżonn. Fost dawn kien hemm provvisti ta’ ikel, mediċina, munizzjon u żejt. Irid jingħad li dawn il-provvisti f’pajjiż- na kienu naqsu drastikament fix-xhur ta’ qabel. L-operazzjoni nħadmet bir-reqqa, imma daqstant ieħor kien għassa ta’ dan l-għadu. Il-konvoj sofra attakki bil-konsegwenza li ntilfu numru sostanzjali ta’ bastimenti.

Kif mistenni hu u dieħel mill-is- trett ta’ Ġibiltà, il-konvoj sab lilu nnifsu wiċċ imb wiċċ ma’ opri tal-aj- ru u tal-baħar mibgħuta mill-għadu. Minkejja attakki qawwijin xi basti- menti rnexxielhom jaslu sa xtutna.

Il-konvoj ta’ 78 bastiment kellu erbatax minnhom li kienu qed iġor- ru merkanzija u l-oħrajn kienu qed iservu bħala skorta biex ikunu żguri li l-merkanzija tasal sa Malta. Fil-fatt il-bastimenti l-oħra kienu qed jippro- teġu lill-konvoj mill-attakki.

L-istoriku Cusens jispjega kif mhux il-bastimenti kollha daħlu fil-mistax t’Awwissu iżda dak li daħal proprju f’din il-ġurnata ddedikata lil Santa Marija, l-Ohio, se jibqa’ mfakkar għall-fatt li kien qed iġorr l-iktar ħaġa bżonjuża fiż-żmien tal-gwerra, iż-żejt.

B’hekk din il-ġrajja baqgħet tiġi mfakkra mal-Maltin bħala “l-Konvoj ta’ Santa Marija” wara jiem sħaħ ta’ talb li kienu ddedikawlha biex issalvahom mill-ġuħ kbir f’dan il-mument tant diffiċli u kritiku.

Cusens jistqarr kif dan il-konvoj kien is-salvazzjoni tal-poplu Malti hekk kif kienet waslet fix-xifer li ċċedi għall-pressjoni tal-għadu. Kompla billi qal li dan il-konvoj ma kienx l-ewwel tat-tip tiegħu u saħansitra kien hemm bżonn ta’ konvoj ieħor ftit xhur biss wara dak t’Awwissu.

Iż-żmien qed inessi

Niftakar żmien fejn dan l-avven- iment kien jitfakkar b’ċertu pompa. Ovvjament ma kienx jonqos il-vete- rani li jitkellmu dwaru. Illum ħafna minn dawk li kienu baqgħu ħajjin, tista’ tgħid li kollha ħallewna.

Illum iż-żmien ukoll donnu bil- mod il-mod qed inessi din il-ġrajja, li qisu l-importanza tagħha dejjem tonqos. Nemmnu li pajjiżna hu obbligat li jibqa’ jfakkar din il-ġrajja.

Ekonomija

Sport