Saturday, December 21, 2024

Xogħlijiet biex il-ħolma li l-atmosfera tas-sapporters tkun tista’ tasal fid-djar tan-nies issir realtà

Aqra wkoll

Fl-1977, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi kien kruċjali biex inbena l-ground Nazzjonali ta’ Ta Qali. Illum, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi reġa’ kien protagonist biex saru aktar xogħlijiet biex il-ħolma li l-atmosfera tas-sapporters tkun tista’ tasal fid-djar tan-nies issir realta.

Illum ingħata bidu għall-Kampjonat Premier 2024/25 bl-ewwel logħba kienet dik bejn it-timijeit ta’ Balzan u Birkirkara.

Għal kull min segwa l-logħba live fuq l-istazzjon TVM Sports, seta’ jara li għall-ewwel darba minn meta bdew jixxandru live l-logħabiet tal-Kampjonat Malti, il-logħba xxandret fid-direzzjoni tal-Enclosure, proprju fejn is-sapporters tat-timijiet isegwu l-logħba.

Għal ħafna żmien, il-pubbliku li jsegwi live l-futbol Malti minn fuq it-televiżjoni appella biex it-trażmissjoni tkun mill-Millenium Stand minflok mill-Enclosure. Dan biex dawk li qegħdin isegwu jkunu jistgħu jaraw l-atmosfera li joħolqu s-sapporters tat-timijiet rispettivi.

Fid-dawl ta’ dan, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ġie mitlub biex jaħdem strutturi tal-ħadid biex ikun jista’ jeħel hording għar-reklami taħt l-Enclosure minħabba l-fatt li sal-lum dan il-hording ma eżistiex fuq din in-naħa tal-grawnd.

B’hekk is-segwaċi se jkunu jistgħu isegwu l-logħbiet tal-Kampjonat Malti b’mod komplut u kif dejjem talbu u xtaqu huma.

Ekonomija

Sport