Monday, December 9, 2024

Xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-Qasam tad-Djar ta’ Ħal Mula, Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Ħaddiema mid-Diviżjoni għall-Manutenzjoni u t-Tindif bħalissa għaddejjin b’xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-Qasam tad-Djar ta’ Ħal Mula, Ħaż-Żebbuġ. Il-Ministru għat-Turiżmu u l- Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli żaret din iż-żona u, filwaqt li tkellmet mal- ħaddiema, kellha l-opportunità titkellem ukoll ma’ diversi residenti. Il-Ministru Farrugia Portelli kienet akkumpanjata mis-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista, mid-Direttur Ġenerali għall-Manutenzjoni u t-Tindif Ramon Deguara, kif ukoll mis-Sindku tal-lokal Malcolm Paul Galea. 

Ix-xogħol li qiegħed isir f’din iż-żona jikkonsisti minn irranġar ta’ passaġġi, irranġar, tikħil u tibjid ta’ ħitan, kif ukoll irranġar ta’ kurduni tal-bankini, flimkien ma’ tindif tal-partijiet pubbliċi għall-benefiċċju tar-residenti. Għal dawn ix-xogħlijiet ġew allokati madwar €35,000. Reċentament, f’Ħaż-Żebbuġ ukoll saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni fin-nursery tal-futbol ta’ Żebbuġ Rangers FC. 

Ix-xogħol li qed isir fil-Qasam tad-Djar ta’ Ħal Mula huwa parti minn diversi xogħlijiet simili li għaddej bih is-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika, li huwa parti mid-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal- Konsumatur. 

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli qalet li d-Diviżjoni għall-Manutenzjoni u t-Tindif kienet waħda mill-aktar entitajiet li tul din is-sena baqgħet qrib kull komunità. Dan permezz tax- xogħol li sar u li għadu għaddej permezz ta’ diżinfettar fl-irħula u l-ibliet tagħna. Ix-xogħol ta’ manutenzjoni baqa’ għaddej simultanjament b’diversi proġetti f’firxa wiesgħa ta’ lokalitajiet. “Ix-xogħol fil-Qasam tad-Djar f’Ħaż-Żebbuġ kien ilu mistenni għal bosta snin, u dan se jkun proġett tanġibbli fil-komunità u fost il-familji li joqgħodu f’din iż-żona,” sostniet il-Ministru Farrugia Portelli. 

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista enfasizza l-importanza ta’ dan ix- xogħol li bħalissa għaddej b’ritmu mgħaġġel. Żied jgħid illi din id-diviżjoni qed tgħin diversi għaqdiet sportivi, kif ukoll qed tagħmel xogħol estensiv f’binjiet governattivi. Dan kollu qed isir flimkien max-xogħol ta’ rutina li jsir ta’ kuljum minn din id-diviżjoni. Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda billi rringrazzja lill-ħaddiema kollha ta’ din id-diviżjoni għad- dedikazzjoni tagħhom biex dan l-investiment ta’ €35,000 seta’ jsir possibbli. 

Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Manutenzjoni u t-Tindif Ramon Deguara qal, “Kommessi li nagħtu l-aħjar prodott sabiex kulħadd jgħix kif jixraq fl-aħjar livelli ta’ ndafa u manutenzjoni. Hekk jixraq lill-komunitajiet, għaqdiet sportivi u NGOs li qed isibu kull appoġġ fit-talbiet tagħhom.” 

Apparti manutenzjoni li ssir regolarment f’żoni li huma responsabbiltà tal-gvern ċentrali, is- Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika jassisti wkoll f’diversi żoni tal-kunsilli lokali. Dan wara diskussjonijiet u konsultazzjonijiet mal-kunsilli konċernati. Dan apparti x-xogħol ta’ rutina li jsir ta’ kuljum, partikolarment tindif ta’ toroq, bajjiet u tneħħija ta’ skart mormi illegalment. 

Bħalissa għaddej xogħol f’diversi lokalitajiet, filwaqt li qegħdin ikunu mgħejjuna diversi għaqdiet sportivi, kif ukoll f’diversi binjiet governattivi. Jikkumplimenta dawn ix-xogħolijiet hemm il-manifattura ta’ bankijiet kif ukoll provvediment ta’ kontenituri tal-iskart li fihom qed isir investiment qawwi. 

Ekonomija

Sport