Saturday, November 23, 2024

Xogħlijiet ta’ rinovazzjoni fuq il-binjiet tad-Domus u tas-Salesjani f’Ħad-Dingli

Aqra wkoll

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg żar il-binjiet tad-Domus u tas-Salesjani f’Ħad Dingli fejn id-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi qed iwettaq xogħlijiet ta’ rinovazzjoni b’investiment totali ta’ madwar €30,000.

“Il-faċilitajiet u l-ispazji komunitarji huma fost l-ewwel u l-aqwa prijoritajiet għal dan il-Gvern, għax nemmnu li dawn jaffettwaw b’mod dirett il-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta’ kwalunkwe lokalità.  Bħalma qed insegwu l-impenn li noħolqu u ntejbu aktar u aktar spazji miftuħa, qed nikkumplimentaw din il-ħidma b’aktar interventi fl-ispazji u l-binjiet li fihom il-komunitajiet jgħixu l-ħajjiet soċjali tagħhom. L-għaqdiet huma l-qalb li tħabbat fl-ibliet u l-irħula tagħna u nibqgħu kommessi li nagħtuhom kemm nistgħu għajnuna u sostenn”, qal il-Ministru Ian Borg.

Fil-binja tad-Domus, il-proġett jinkludi xogħol fuq is-soqfa u fuq il-ħitan u xogħlijiet oħra ta’ rinovazzjoni bħall-kontrabejt u l-madum tal-art. Fin-naħa tas-Salesjani, ix-xogħol jinkludi l-bini mill-ġdid tal-istrutturi, faċilitajiet aċċessibbli u waterproofing, fost interventi oħra.

Sport