Il-Gallerija Nazzjonali f’Ateni ippubblikati ritratti li fihom jidhru xogħlijiet tal-arti vandalizzati. Il-vandaliżmu sar mid-Deputat fundamentalist Nikos Papadopoulos tal-partit ultra-ortodoss Niki. Hu sostna li l-wirja kienet qed tinsulta il-Kristjaneżmu.
Il-Bord tad-Diretturi tal-Gallerija Nazzjonali ħareġ stqarrija li kkundanna l-attakk, u ddeskrivih bħala att ta’ vandaliżmu u ċensura li jimmina l-espressjoni artistika.
Skont l-istqarrija, Papadopoulos, flimkien ma’ individwu ieħor, ivvandalizzaw erba’ xogħlijiet tal-art tal-artist Christophoros Katsadiotis, li ġew esebiti bħala parti minn “The Allure of the Bizarre.” Huma qalgħuhom bil-forza mill-ħajt u tefgħuhom mal-art biex spiċċaw inkisru.