Indubjament, pajjiżna huwa xembju għad-dinja ta’ kif pajjiż għandu jimxi f’pandemija. Il-pro-attività li addotta pajjiżna minn xhur qalb ma faqqas l-ewwel każ ħalliet il-frott.
Illum, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, iddikjara li f’pajjiżna saru total ta’ 60,000 swab test. Dan in-numru kien iġġenerat f’temp ta’ tliet xhur.
Id-Deputat Prim Ministru ddikjara li x-xogħol li qegħdin jagħmlu l-ħaddiema fi ħdan id-dipertiment tal-iswabs testing huwa “impekkabbli”. Huwa kompla jgħid li t-total se jkompli jiżdied gradwalment, hekk kif aktar eluf ta’ swab tests se jkunu qed isiru lill-poplu Malti u Għawdxi.