Fil-Brażil tifla ta’ 11-il sena mietet wara li welldet it-tarbija fi tqala prematura. Din it-tifla għaddiet minn trawma kbira hekk kif qed ikun allegat li hi kienet stuprata u eventalment ħarġet tqila minn raġel ta’ 43 sena.
It-tifla Luana Costa allegatament kienet stuprata b’mod ripetut minn Fancinildo Moraes. Qed ikun allegat li dan kien anke jistupraha waqt it-tqala.
Qed ikun suspettat li hu ikkonvinċa lil din il-minuri biex ikollhom relazzjoni sesswali miegħi. Il-Pulizija mill-investigazzjonijiet li għamlu sabu ritratti tagħhom jippużaw bħala koppja. Luana kienet fil-ħames xahar tat-tqala meta welldet u mietet.
Familjari ta’ Luana allegat li Francinildo kien ikkonvinċa lil Luana biex ikollha relazzjoni miegħu meta hi kellha disa’ snin.
Il-Pulizija tinsab għaddejja bit-tfittxijeit tagħha għal Francinildo, li jidher li hu maħrub.