Friday, March 29, 2024

“Xokkanti li persuni se jingħataw il-jedd ikabbru x-xtieli fir-residenzi tagħhom”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt it-tieni qari fl-abbozz ta’ liġi għat-twaqqif tal-awtorità għall-użu responsabbli tal-kannabis tkellem ukoll il-membru parlamentari Godfrey Farrugia qal li hu jista’ jitkellem bħala membru parlamentari, ġenitur u tabib u jaqbel favur ir-riforma, iżda b’għan tajjeb.

“Hemm bżonn u qed nitlob bil-ħniena għax hemm żbalji f’din il-liġi mil-lenti medika li jistgħu jirranġaw. Jien l-aktar dispjaċir li għandi hija li din il-liġi ġiet politiċizzata hemm u hawn. Jien ma hawn qiegħed imma naqbel ma’ din ir-riforma. X’waħda din, hawn qegħdin naħdmu għal pajjiżna”, kompla jgħid Farrugia. Qal ukoll li qegħdin nitkellmu fuq droga li jaqbel li m’għandhiex tinxtara mill-black market imma ma jaqbilx li kull familja jew persuna li għandu 18-il sena jista’ jkabbar xtieli fil-gallarija jew fil-bitħa tiegħu.

“Mhux qed nirrealizzaw kemm fil-fatt il-kannabis tagħmel ħsara fis-saħħa tal-bniedem meta tintuża b’mod kroniku. Ftakru ħbieb dwar il-problema tal-alkoħol li diġà hija enormi… Tafu l-effett sinerġistiku li dawn iż-żewġ drogi jagħmlu meta jitħalltu flimkien”, kompla Farrugia.

Huwa qal li ma felaħx ma jitkellimx aktar għax hu jaf x’ra fiż-żgħażagħ, u mill-ġdid qal li jħossu xxukkjat li persuni se jingħataw il-jedd li jkabbru x-xtieli fil-postijiet fejn jgħixu.

Ekonomija

Sport