Bosta huma dawk ir-rapporti fil-media Spanjola u Franċiża li qed jispekulaw dwar il-futur tal-istilla Arġentina Lionel Messi, frisk mir-rekord ta’ 100 gowl u aktar mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu.
L-għidut hu li Messi għandu jġedded il-kuntratt tiegħu għal sena oħra ma’ Paris St Germain sabiex eventwalment imur jilgħab fil-Major League Soccer Amerikana.
Il-plejer ta’ 36 sena qed jaħseb ukoll li saħansitra jilgħab it-tazza tad-dinja 2026 li se ssir fl-Istati Uniti, il-Messiku u l-Kanada. Dan jaf ikun rekord ġdid hekk kif għal Messi din tista’ tkun is-sitt tazza tad-dinja tal-karriera tiegħu.