Saturday, November 23, 2024

X’servizzi se jerġgħu jibdew jiġu offruti minn għada fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Aqra wkoll

Minn għada se jerġgħu jibdew jiġu offruti dawn is-servizzi fiċ-Ċentri tas-Saħħa.

Dawn jinkludu:

-Kliniċi tal-Kardjoloġija: Appuntamenti ta’ pazjenti ġodda se jibdew isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa Mosta. Filwaqt li se jkun offrut servizz ta’ telekonsultazzjoni mal-konsulenti kuljum lill-pazjenti kollha.

-Kliniċi tad-Dijabete: Se jitnieda servizz ta’ telekonsultazzjoni mat-tobba kuljum għall-pazjenti kollha.

Well Baby Clinics: Se jerġgħu jiftħu l-Well Baby Clinics fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana, Poala, Mosta, Qormi, Rabat, Ħal Kirkop fejn jistgħu jsiru t-tilqim u l-visti tat-trabi.

Bereġ: Is-servizz tat-teħid tad-demm se jerġa’ jibda fil-bererġ ta’ Ħaż-Żabbar u Tal-Pietà.

Sport