Fl-aħħar sigħat, Bjorn Formosa sellem il-memorja ta’ Robert Azzopardi, żagħżugħ li sfortunatament ħalliena ftit tal-jiem ilu.
Filwaqt li ddeskrivih bħala żagħżugħ li kien maħbub minn ħafna, qasam ġest sabiħ ferm li l-ġenituri ta’ Robert għażlu li jagħmlu minkejja l-mument diffiċli li jinsabu fih.
Dan hekk kif, omm u missier Robert xtaqu li jfakkru lil binhom billi jagħtu donazzjoni li rċevew waqt l-aħħar tislima għall-proġett il-ġdid; DAR Bjorn Respite.
“Kuraġġ u solidarjeta mal-familja f’dan il-mument diffiċli għalihom,” qal Bjorn.
Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena miet fit-Taqsima tal-Kura intensiva wara li fil-5 ta’ Marzu kien involut f’inċident fil-Baħrija.