Saturday, October 26, 2024

Xufier Ingliż jeħel kważi £200 għax intefa’ f’bus lane biex jagħmel wisa’ lill-vann tal-Pulizija

Aqra wkoll

Xufier ta’ karozza jinsab maħsud wara li rċieva multa ta’ £195 mill-kunsill lokali talli ġibed għal fuq bus lane biex jagħmel spazju lill-vann tal-Pulizija.

“Pruvajt nagħmel xi ħaġa għall-ġid u minfuq swieli ta’ deni … ġejt ikkastigat ta’ xi ħaġa li ma kellix ħtija fiha”, qal is-sewwieq, skont il-midja Ingliża Metro.

Il-każ seħħ fit-13 ta’ Settembru li għadda, meta Stephen James – Ingliż ta’ 37 sena – kien qed isuq fi Triq il-Foresta, f’Walthamstow, Londra. Fid-daqqa u l-ħin tfaċċat vettura tar-ronda tal-Pulizija li kellha bżonn taqbeż it-traffiku.

Stephen min-naħa tiegħu rrikorra għall-bus lane sabiex iħalli lill-Pulizija jgħaddu mingħajr problemi.

Sport