Thursday, August 7, 2025

Xufier l-Isptar wara li baqa’ dieħel bil-karozza f’ħanut tax-xagħar f’Santa Venera 

Aqra wkoll

Xufier li l-identità tiegħu sa issa għadha mhix magħrufa ittieħed l-Isptar Mater Dei. Dan waral i aktar kmieni għall-ħabta tat-8:00 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kanun f’Santa Venera. 

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit, jirriżulta li x-xufier ta’ karozza Y plate tilef il-kontroll tal-vettura, bil-konsegwenza li baqa’ diieħel f’ħanut tax-xagħar, li f’dak il-ħin kien magħluq. 

Fuq il-post, issejjaħ tim mediku li ta l-assstenza medika lix-xufier, sakemm dan imbagħad ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza. 

Sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadhom mhux magħrufa. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha fuq il-każ. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport