Raġel li qatel diversi persuni billi saq għal fuq in-nies waqt li dawn kienu qed jagħmlu eżerċizzju fuq barra ta’ grawnd fin-naħa t’isfel fiċ-Ċina ngħata l-piena tal-mewt.
Skont stqarrija tal-Qorti, Weiqiu kien akkużat li kkawża “periklu għas-sigurtà pubblika”. F’dan l-attakk li seħħ fil-11 ta’ Novembru li għadda f’Zhuhai, inqatlu minn tal-inqas 35 persuna u ndarbu għexieren ta’ persuni oħra.
Skont il-Qorti, ir-raġel ta’ 62 sena baqa’ dieħel fin-nies b’veloċità qawwija minħabba li ma kienx “sodisfatt” bil-mod kif ġiet maqsuma l-proprjetà tiegħu wara li ħa d-divorzju.
Il-midja Ċiniża rrapportat kif Fan, li kien għamel xi żmien f’koma wara li allegatament weġġa’ lilu nnifsu b’sikkina, ammetta l-ħtija tiegħu quddiem il-familjari tal-vittmi u l-membri tal-pubbliku.