Xufier ta’ mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tad-9.30am kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq.
Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq.
Hekk kif ġew infurmati l-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabtabejn Toyota Aqua misjuqa minn mara ta’ 67 sena residenti Żurrieq u mutur Piaggio Beverly misjuq minn raġel ta’ 61 sena mill-Imqabba.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata u ħatret inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.