Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10.15pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Andrija, is-Swieqi.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Smart ForFour misjuqa minn mara ta’ 20 sena residenti Wied il-Għajn u mutur Honda WW125A misjuq minn Libjan ta’ 21 sena u jgħix is-Swieqi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

