Xufier ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara

0
33
Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

Xufier ta’ mutur ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi wara li għall-ħabta ta’ nofsinhar kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq L-Imdina, Birkirkara.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li huma marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Opel Astra misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti San Ġwann u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti Santa Venera.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.