Saturday, November 15, 2025

Xufier ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-6.00pm tal-bieraħ meta il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq Tal-Ibraġ, is-Swieqi.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Volkswagen Golf misjuqa minn mara ta’ 23 sena residenti Tas-Sliema u mutur Sunra Robo-S misjuq minn raġel ta’ 27 sena u jgħix San Ġwann.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport