Thursday, December 26, 2024

Xufier ta’ Tal-linja l-Isptar wara inċident fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Xufier ta’ karozza tal-linja kellu jiddaħħal l-Isptar  wara li għall-ħabta tal-4:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Meillieħa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel Indjan ta’ 41 sena residenti Ħal Qormi kien qiegħed isuq vettura tal-għamla Otokar meta għal xi raġuni baqa’ dieħel f’karozza tal-għamla Mazda li kienet ipparkjata.

Minbarra l-ambulanza fuq il-post kellhom jissejħu wkoll l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Kelliem għall-Pulizija qalilna li għad mhux magħruf xi ġrieħi ġarrab ix-xufier għalkemm jidher li mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport