Id-difensur ta’ Inter Yann Bisseck jista’ jiġi msejjaħ mill-kowċ tal-Kamerun Rigobert Song għall-partiti mit-Tazza Afrikana li se jsiru x-xahar id-dieħel.
Dan il-plejer qed ikun użat b’mod regolari mill-kowċ Simone Inzaghi u qed jispikka fuq in-naħa ta’ wara tal-grawnd.
Sadanittant, il-president tal-Assoċjazzjoni tal-Kamerun Samuel Eto’o ċempel lil Bisseck personalment sabiex iħajru jaċċetta din is-sejħa ta’ Song u jirrappreżenta lil pajjiżu f’din il-kompetizzjoni tant importanti.