It-tieni edizzjoni tal-Yachting Malta BSC International Regatta, imtella’ minn Birżebbuga Sailing Club Freeport, ser ssir f’Birżebbuga bejn l-10 u t-13 ta’ Frar.
Din ir-regatta annwali, li saret għall-ewwel darba s-sena l-oħra se tkun qed tilqa’ 114-il baħri minn seba’ pajjiżi fosthom il-Bulgarija, il-Latvja, ir-Russja, it-Turkija, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja. Dawn l-aħħar żewġ pajjiżi se jkunu qed itellgħu t-timijiet Nazzjonali tagħhom tal-Optimist, li jfisser li l-livell ta’ kompetizzjoni żgur se jkun ta’ livell għoli.
Il-Klabbs tal-Ibburdjar lokali kollha – Birzebbugia Sailing Club Freeport, Malta Young Sailors Club, Royal Malta Yacht Club u Vikings Sailing Club, diġà ssottomettew l-iskrizzjonijiet tagħhom. Il-lista ta’ reġistrazzjoni tinkludi wkoll il-baħħara kollha li huma fl-ogħla klassifika kemm fil-Klassijiet Optimist kif ukoll fil-Klassijiet ILCA, bħal Dimitris Vertsonis u Shaun Aquilina – rebbieħa tal-klassijiet ILCA 6 u ILCA 4 rispettivament.
Fil-klassi Optimist kemm Timmy Vassallo kif ukoll Isaac Azzopardi se jkunu ħerqana biex jiddefendu l-ewwel pjazzamenti tagħhom, miksuba s-sena l-oħra fil-Klassijiet Open u Cadett rispettivament. Flotta inkoraġġanti ta’ baħrin fil-klassi Novice tinsab ukoll fil-lista ta’ dħul għall-edizzjoni ta’ din is-sena.
Il-flotta se tbaħħar madwar żewġ korsijiet trapezojdi separati, f’serje ta’ tlielaq mifruxa fuq erbat ijiem.
It-tiġrijiet huma skedati li jibdew nhar il-Ħamis 10 ta’ Frar, f’nofshinar, b’bidu aktar kmieni skedat għall-bqija tal-jiem. B’kollox qed jiġu skedati tnax-il tiġrija fuq l-erbat ijiem, iżda kollox jiddependi mit-temp. It-tlieleaq kollħa ser jsiru fil-Bajja ta’ Marsaxlokk jew fis-sikka ta’ Bengħisa skont il-kundizzjonijiet prevalenti tar-riħ.
“Ninsabu soddisfatti ħafna bir-rispons li rċevejna għal din ir-Regatta, partikolarment peress li tinsab fil-bidu tagħha. Numru ta’ baħħara se jkunu qed jaslu aktar kmieni biex iwettqu jiem ta’ taħriġ ta’ qabel ir-regatta mmexxija mill-kowċ famuż Simone Ricci assistit mill-kowċ tal-BSC Ivan Vasilev li jagħmel l-aħjar użu mill-kundizzjonijiet li Malta hi mgħarufa għalihom f’nofs ix-xitwa.” spjega Mario Aquilina, Commodore – Birżebbugia Sailing Club Freeport. “Aħna grati wkoll lill-klabbs tal-ibburdjar Maltin l-oħra li qed appoġġjaw dan l-avveniment billi se jkunu qed jieħdu sehem.”
Yachting Malta reġgħet ikkonfermat l-appoġġ tagħha għal dan l-avveniment, biċ-Chairman John Huber jirrimarka li “Yachting Malta min dejjem kienet sostenitur tax-xena lokali tal-ibburdjar, partikolarment meta dawn jattiraw baħħara tal-kalibru internazzjonali lejn Malta. Dawn ir-regatti huma essenzjali biex il-baħrin lokali jiksbu esperjenza internazzjonali, b’mod partikolari minħabba l-organizzazzjoni tal-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa li jmiss, li se jsiru f’Malta fl-2023 u li għalihom il-Ibburdjar ġie inkluż fil-programm sportiv tiegħu.”
Il-Yachting Malta BSC International Regatta qed issir taħt l-awspiċji tal-Malta Sailing Federation. Aktar informazzjoni tinsab fuq il-websajt tal-Klabb – https://bscsailing.club/