Tuesday, December 24, 2024

Yachting Malta BSC International Regatta tkompli tissaħħaħ

Aqra wkoll

Għalkemm għadha fil-bidu tagħha, bl-ewwel edizzjoni biet fl-2021, il-Yachting Malta BSC International Regatta  qed tkompli tissaħħaħ kif jidher mil-livell ta’ baħrin li se jkunu qed jiġru din il-ġimgħa.

Ir-regatta ta’ erbat ijiem ser tibda l-Ħamis 9 u tispiċċa l-Ħadd 12 ta’ Frar, bil-Klabb ospitanti, Birzebbugia jistenna bil-ħerqa li tilqa’ madwar 120 baħri li jirrappreżentaw tmien pajjiżi.

It-Tim Nazzjonali Malti tal-ibburdjar se jkun qed jikkompeti wkoll f’din l-avveniment, li hu wieħed mill-avvenimenti Ranking, li se jservi wkoll ta’ opportunità eċċellenti biex itejbu l-ħiliet tagħhom bi tħejjija għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li jmiss li ser jsiru f’Malta f’Ġunju li ġej.

Flotta Optimist

Fost il-baħrin internazzjonali preżenti, wieħed isib Ole Jagers (NED) li jinsab fl-ogħla postijiet tal-klassifika fl-Olanda, Daniel Mikhailichenko (UKR) – ir-4 post fil-Kampjonati tad-Dinja Optimist 2022, Erik Scheidt (LIT), is-7 post fl-Optimist Worlds. Missier Scheidt, Robert huwa wieħed mill-aktar baħrin ta’ suċċess tal-Klassijiet Olimpiċi li għandu ħames midalji Olimpiċi f’ismu. Lokalment, il-flotta se tinkludi wħud mill-aħjar baħrin Maltin fosthom Timmy Vassallo (Malta Young Sailors’ Club), Jonas Micallef (Royal Malta Yacht Club), u Emily Fenech (Birzebbugia Sailing Club).

Flotta ILCA

L-aqwa baħrin lokali għal din il-flotta huma Benjamin Vassallo (Malta Young Sailors Club) Jake Mallia, Matthew Flores, Shaun Aquilina, Lacey Aquilina, li kollha jirrappreżentaw lil Klabb ta’ Birzebbugia u Dimitri Pipi-Vertsonis (RMYC) se jkunu fost il-flotot tal-ILCA 4 u 6 Klassijiet.

Klinika tal-Ibburdjar

Intant, il-Klabb ospita ftit jiem ta’kowċing immexxija minn Simone Ricci u Ivan Vassilev li ilha ssir mis-Sibt u li għaliha jattendu madwar mill-awqa 30 baħrin mill-Bulgarija, Ġappun, Latvja, Litwanja, Olanda, Tajlandja, Ukrajna, u Malta. Il-kundizzjonijiet tat-temp, minkejja l-kesħa, temp li ma kienx mistenni minn baħrin li ġejjin mit-Tramuntana tal-Ewropa,  il-flotta kienet soddisfatta bil-kundizzjonijiet li raw riħ konsistentement tajjeb, imbatt medju u xemx.

Il-Birzebbugia Sailing Club qed jistenna bil-ħerqa li jospita t-tielet Yachting Malta BSC International Regatta u jinsab sodisfatt ħafna li jara li din ir-Regatta qed tikber. Malta toffri opportunitajiet ta’ tbaħħir eċċellenti għall-ħbieb tagħna internazzjonali u aħna kuntenti li narawhom  jesperjenzawha. ” irrimarka Mario Aquilina, Commodore Birzebbugia Sailing Club.

Il-Yachting Malta BSC  International Regatta hija mttella’ taħt l-awspiċi tal-Malta Sailing Federation u sponsorjata minn Yachting Malta Ltd. L-avveniment huwa appoġġjat minn RLR Yachting, Go&Fun, 3FL Sails u l-Kunsill Lokali ta’ Birzebbugia.

Ekonomija

Sport