Il-komunità tal-ibburdjar u dak marittimu ngħaqdu flimkien għall-ewwel Yachting Malta Summer Party.
L-avveniment li sar fil-Laguna Marina, fil-Valletta Waterfront, kien opportunità mill-isbaħ għall-partijiet interessati tal-industrija biex jiċċelebraw il-kisbiet u jiffurmaw rabtiet ġodda fl-isfond tas-swar storiċi tal-Port il-Kbir.
“Dan l-avveniment huwa riflessjoni tal-impenn tagħna biex inrawmu r-relazzjonijiet u nimbuttaw il-konfini tal-industrija tal-jottijiet, l-ibburdjar u s-settur marittimu lokali. B’ħidma flimkien, nistgħu niksbu suċċessi notevoli, u dan l-avveniment iservi bħala xhieda tad-dedikazzjoni kondiviża tagħna għat-tkabbir, l-innovazzjoni u l-għaqda.” ikkummenta Michael Mifsud, CEO Yachting Malta. “Dan l-avveniment ipprovda opportunità għall kull min hu involut f’dan is-settur biex jingħaqqdu, jiddiskutu ideat, u jsawru alleanzi f’ambjent rilassat u informali. B’taħlita diversa ta’ professjonisti minn diversi setturi tal-industrija, l-avveniment iffaċilita kommunikazzjoni sinifikanti li jwiegħdu potenzjal ta’ kollaborazzjonijiet futuri.”
L-atmosfera ta’ċelebrazzjoni u ħbiberija kienet ikkompletata bil-preżenza tal-kantanta popolari Gaia li ħolqot atmosfera mill-isbaħ. Id-dħul mill-Yachting Malta Summer Party se jingħata lil-Malta Community Chest Fund Foundation.
Is-serata saret taħt il-patroċinju tal-President tar-Repubblika E.T. Dr George Vella, li attenda is-serata flimkien mas-Sinjura Vella, u fejn ħadu l-opportunita li jitkellmu ma dawk preżenti, Dr Vella irrimarka li “Il-Malta Community Chest Fund ma tistax tiddependi biss fuq L-Istrina, ġurnata waħda f’sena imma hemm il-bżonn kontinwu, ġimgħa wara ġimgħa, xahar wara xahar.”
Għal-lejla attendew ukoll l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali l-Onor. Dr Farrugia u ċ-Chairman tal-Yachting Malta l-Onor. Is-Sur Chris Agius, li t-tnejn indirizzaw lil dawk preżenti.