Hekk kif il-goalkeeper internazzjonali Ġermaniż Manuel Neuer jinsab barra mil-logħob sa tmiem l-istaġun, id-diriġenti ta’ Bayern Munich qed iħabblu rashom sabiex isibu gowlkiper ieħor li lest jieħu l-post bejn il-lasti.
Minkejja li t-tim mill-belt ta’ Munich għandhom lil Alexander Nubel, jidher li d-direttur sportiv Hasan Salihamidzic se jmur fuq il-gowlkiper internazzjonali Svizzeru, Yan Sommer. Dan tal-aħħar jinsab fl-aħħar xhur tiegħu ma’ Borussia Monchengladbach u mistenni jmur jilgħab fl-Allianz Arena.