Minkejja kull spekulazzjoni possibbli , il-plejer Yann Bisseck mhux mistenni jitlaq lil Inter f’Jannar li ġej. Dawn tal-aħħar iqisu l-valur tiegħu bejn 35 u 40 miljun ewro, ammont li jidher tajjeb għal Eintracht Frankfurt li jinsabu interessati fih.
Bisseck qal li jħossu kuntent man-Nerazzurri li min-naħa tagħhom ftit qed jindaħlulu fl-għażla tiegħu.
Bisseck hu plejer Ġermaniż li lagħab 44 logħba ma’ Inter u skorja gowl wieħed biss.