Saturday, September 21, 2024

Yann Sommer jersaq aktar viċin lejn Inter

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ Inter qed jistennew li fl-24 siegħa li ġejjin jirnexxielhom jakkwistaw is-servizzi tal-gowlkiper Svizzeru ta’ Bayern Munich Yann Sommer. F’dawn l-aħħar sigħat, id-direttur sportiv ta’ Inter Beppe Marotta qiegħed f’kuntatt mat-tim mill-Bavarja sabiex jagħti l-offerta tiegħu u jidher li l-partijiet se jiftiehmu.

Sadanittant, it-tim immexxi minn Thomas Tuchel qed ifittxu sostitut għalih u l-għażla tidher li waqgħet fuq il-gowlkiper Spanjol David Raya li bħalissa jinsab reġistrat ma’ Brentford City. Dawn tal-aħħar iridu s-somma ta’ €40 miljun għalih. 

Sport