Ħafna qed iqisu l-ftehim bejn Bayern Munich u Inter għall-akkwist tal-gowlkiper Yann Sommer bħala t-telenovela tas-sajf li donnu m’għandhiex tmiem.
Wara li l-gowlkiper tat-tim minn Munich Manuel Neuer weġġa’, l-Iżvizzeru Sommer kien qed jgħasses il-lasti tagħhom u tista’ tgħid li kellu wirjiet tajbin.
Inter min-naħa tagħhom jixtiequ lil dan il-gowlkiper wara li Andre Onana ngħaqad ma’ Manchester United. Wara ġimgħat ta’ ftehim s’issa ma kien hemm l-ebda żblokk fejn saħansitra t-tim mill-Bavarja jrid li titħallas il-klawsola ta’ €6 miljun min-Nerazzurri.
Inter qed jevalwaw jekk jaqblilhom jagħmlu dan il-pass jew le.