Saturday, September 14, 2024

Yannick Carrasco se jingħaqad ma’ Al Shabbab

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Atletico Madrid Yannick Carrasco se jitlaq minn Spanja sabiex ikompli l-karriera fl-Arabja Sawdija. Jidher li Al Shabbab ilhom isegwu l-profil tiegħu sa mix-xahar l-ieħor u mistennija jħallsu s-somma ta’ €15-il miljun għalih.

Carrasco għandu 29 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Belġjana. Hu kien ilu tliet snin mal-Colchoneros fejn skorja 19-il gowl f’102 partiti. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Monaco, Atletico Madrid u Dalian Professional.

Ekonomija

Sport