Thursday, December 26, 2024

Yannick Yankam jingħaqad ma’ Lexington Sporting Club fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Il-midfielder internazzjonali Malti Yannick Yankam ingħaqad mat-tim tal-USL League One, Lexington Sporting Club, fl-Istati Uniti.

Yankam beda l-karriera tiegħu ma’ Pieta Hotspurs iżda mbagħad ngħaqad ma’  Qormi, l-ewwel b’self f’Jannar tal-2013 u mbagħad bi trasferiment definittiv. Ma’ Qormi, huwa għamel id-debutt tiegħu fit-tim tal-kbar matul l-istaġun 2015/16. Huwa malajr stabbilixxa lilu nnifsu u kien plejer ewlieni għall-klabb fir-ritorn tagħhom fil-Kampjonat Premier fl-istaġun 2018/19. Fis-sajf tal-2019, ingħaqad ma’ Birkirkara fejn hemmhekk qatta’ l-aħħar erba’ snin u nofs.

Lexington Sporting Club huma bbażati f’Lexington, Kentucky. Huma twaqqfu fl-2021 u bdew jikkompetu fl-USL League One – it-tielet diviżjoni fis-sistema tal-kampjonat tal-futbol tal-Istati Uniti – fl-2023. Sa tmiem l-istaġun inawgurali tagħhom f’din id-diviżjoni, Lexington SC spiċċaw fid-disa’ post.

Ekonomija

Sport