Wednesday, December 25, 2024

Ylenia Carabott tingħaqad ma’ Gillingham Women fl-Ingilterra

Aqra wkoll

L-attakkanta internazzjonali Maltija Ylenia Carabott tinsab lesta għal kapitlu ġdid fil-karriera tagħha wara li aċċettat li tingħaqad ma’ Gillingham Women.

Carabott kienet fuq il-kotba ta’ club ieħor tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Ingilterra matul l-istaġun li għadda, Keynsham Town, iżda issa ddeċidiet li tfittex sfida ġdida ma’ Gillingham u ttawwal il-karriera tagħha ‘l bogħod mill-football Malti.

Fil-fatt, matul il-karriera tagħha, Carabott qattgħet żmien fl-Italja ma’ Chievo Verona qabel marret il-Belġju fejn lagħbet ma’ Sporting Charleroi.

Issa, Carabott se tkun qed tingħaqad ma’ Gillingham Women, li qabel kienu magħrufa bħala Gillingham Ladies.

F’Ġunju 2020, il-club kien ħabbar li bħala riżultat tar-ristrutturar meħtieġ mill-pandemija tal-COVID-19, ma kinux se jibqgħu joperaw bħala Gillingham Ladies.

Il-club ħabbar marka mill-ġdid bħala Gillingham Women u se jkompli jikkompeti bħala identità indipendenti mill-club tal-irġiel fil-League Two.

Matul il-karriera tagħha, Carabott irrappreżentat lil Malta 86 darba u skorjat 20 goal.

Ekonomija

Sport