Wednesday, September 25, 2024

Youri Tielemans ħerqan li jingħaqad ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Leicester City, Youri Tielemans, jinsab ħerqan li jingħaqad ma’ Real Madrid dan is-sajf.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena issa fadallu inqas minn 18-il xahar fil-ftehim tiegħu mal-Foxes u qed ikun marbut b’mod qawwi ma’ tluq minn mat-team tiegħu f’dan l-istaġun.

Clubs bħal Arsenal, Manchester United, Barcelona, ​​Chelsea, Manchester City u Liverpool kollha ġew akkreditati b’interess fi Tielemans, li dan l-aħħar ta x’jifhem li jista’ jiffirma kuntratt ġdid ma’ Leicester.

Madankollu, huwa mifhum li l-ex player ta’ Monaco jixtieq imur jilgħab fil-Bernabeu, minkejja li Manchester City bdew kuntatt mal-aġent tiegħu.

Jidher li Real Madrid qed jippreparaw għall-futur mingħajr Toni Kroos u Luka Modric f’nofs il-ground, u Leicester jistgħu jkunu lesti li jħallu lil Tielemans jitlaq għal €40m minħabba s-sitwazzjoni tal-kuntratt tiegħu.

Tielemans skorja seba’ goals u pprovda tliet assists minn 32 partita fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun, u b’hekk it-total tiegħu għall-Foxes tela’ għal 24 goal u 22 assist f’141 partita minn meta ġie misluf lil Leicester f’Jannar tal-2019.

Sport