Youri Tielemans fetaħ qalbu dwar il-futur tiegħu ma’ Leicester City.
Il-midfielder Belġjan se jkun bla kuntratt mal-club fl-2023, u dan wassal għal spekulazzjonijiet matul l-istaġun dwar il-futur fit-tul tiegħu mal-Foxes.
Diversi timijiet oħra huma rrappurtati interessati li jiffirmaw lill-player ta’ 24 sena, li lagħab 21 darba fil-Premier League, filwaqt li skorja sitt goals.
“Iva, għaliex le,” qal Tielemans lill-ġurnalisti meta mistoqsi jekk il-futur tiegħu kienx se jkun mal-club Ingliż.
“Dan huwa club fejn għandek l-aqwa ambjent li jista’ jkollok, speċjalment b’dan il-ground ta’ taħriġ ġdid. In-nies ta’ madwarek biss iridu l-aħjar għalik. Huwa brillanti li tkun hawn. Jogħġobni ħafna hawn. Naraw x’hemm lest għalija fil-futur.”
“Imma naħseb li l-ambjent huwa perfett biex tirbaħ it-trofej hawn. Ma tistax tbassar il-futur imma naħseb li kollox madwar il-club u ġewwa l-club huwa magħmul perfetetament għall-player fi ħdanu.”
Leicester City se jerġgħu jkunu fl-azzjoni llum il-Ħamis fl-Europa Conference League kontra Rennes.