Real Madrid u Barcelona qegħdin jikkontemplaw jekk jagħmlux offerta għall-midfielder ta’ Leicester City, Youri Tielemans.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena gawda minn perjodu ta’ suċċess fil-King Power Stadium, fejn skorja l-goal tar-rebħa fil-finali hekk kif il-Foxes rebħu l-FA Cup 2021.
Madankollu, b’Leicester li għal darbtejn konsekuttivi ma kisbux post fiċ-Champions League, l-internazzjonali Belġjan għadu ma estendiex il-kuntratt tiegħu wara l-2023.
Real Madrid u Barcelona qed isegwu s-sitwazzjoni qabel jagħmlu offerta potenzjali għall-playmaker.
Il-ġganti Spanjoli jingħaqdu ma’ Manchester United u Liverpool biex ikollhom interess fil-firma ta’ Tielemans qabel it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf tas-sena d-dieħla.
Konxji li jistgħu jiffaċċjaw sitwazzjoni fejn ikollhom ibiegħu wieħed mill-players ewlenin tagħhom għal somma bi prezz imnaqqas, Leicester x’aktarx iqattgħu x-xhur li ġejjin jipprovaw jinnegozjaw termini ġodda.