Roma qed isegwu b’interess il-profil tal-attakkant internazzjonali Marokkin Youssef En-Nesyri. Dan tal-aħħar bħalissa qed jilgħab ma’ Seville FC iżda jista’ jiġi rilaxxjat minn dan l-istess klabb li qed isofri minn problemi finanzjarji.
Il-kowċ ta’ Roma Jose Mourinho jaf jilqa’ l-idea li jkollu attakkant ieħor sabiex isaħħaħ dan id-dipartiment tant importanti.
En-Nesyri għandu 26 sena u fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma’ Malaga u Leganes.