Yulan Law se tkun qiegħda tirrappreżenta lil Malta fil-21 edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest (JESC) li se jittella’ f’Nizza, ġewwa Franza, nhar is-26 ta’ Novembru li ġej.
Il-finalisti l-oħra li ħadu sehem fis-serata finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2023, kienu Emma Farrugia, Aaliyah Grech, Daylin Cassar Randich, Shyann Cutajar, Dawn Desira, Cesca Galea, Andrea Camilleri, Keira Farrugia, Kaylyn Mallia, Anneka Xerri u Point Blank.
Il-Public Broadcasting Services se tkun qed tagħmel sejħa għall-kompożituri u awturi biex jissottomettu kanzunetti oriġinali għall-kantanta rebbieħa biex tipparteċipa biha fil-JESC 2023.
Il-kanzunetta se titħabbar fil-15 ta’ Settembru li ġej.
Is-sena l-oħra Malta kienet rappreżentanta minn Gaia Gambuzza bil-kanzunetta Diamonds In The Skies.