Żagħżugħ iddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:30 p.m., weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ż-żagħżugħ ta’ 16-il sena residenti Ħal Qormi ntlaqat minn vettura Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 71 sena residenti Ħal Qormi wkoll.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna liż-żagħżugħ sakemm dan seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.