Friday, July 4, 2025

Zabbar SP FC iħabbru l-akkwist ta’ Mario Fontanella

Aqra wkoll

Zabbar SP FC ħabbru l-akkwist ta’ Mario Fontanella.

Mario, ta’ 36 sena, m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni f’Malta, wara li gawda staġuni ta’ suċċess ma’ Floriana u Valletta.

Il-karriera tiegħu ħaditu wkoll fil-Bahrain ma’ Al-Muharraq u aktar riċentement fil-Kuwajt ma’ Al-Yarmouk SC.

Fi stqarrija, Zabbar SP qalu li bħala skorer prolifiku, il-ħila ppruvata ta’ Mario li jiskorja gowls u l-esperjenza tiegħu se jkunu nifs ta’ arja friska għall-attakk tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport