Saturday, December 14, 2024

Zabbar SP jirreġistraw it-tielet rebħa konsekuttiva

Aqra wkoll

Melita ……….0

Zabbar SP ….1

Minn Cristian Muscat

F’konfront min-naħa t’isfel tal-klassifika tal-Bottom Six, Zabbar SP kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva meta b’mod drammatiku għelbu lil Melita bl-iskor minimu ta’ 1-0 minkejja li dawn tal-aħħar kienu territorjalment aħjar.

Kienu Melita li ħolqu l-ewwel periklu fis-seba’ minuta meta free-kick ta’ Andre Penha Da Costa kważi ħasad għal kollox lill-goalkeeper ta’ Zabbar, Matthew Grech, li salva b’diffikultá.

Iż-Żabbarin wieġbu fid-19-il minuta meta Brian Ariel Gambarte, b’mod intelliġenti, għadda tajjeb lejn Stefan Ilic li kellu x-xutt fil-baxx tiegħu jiġi salvat mill-goalkeeper Alek­sander Lubik, li reġa’ ddefenda l-lasti Ġiljaniżi minflok Gosef Mizzi.

Fil-31 minuta, Melita reġgħu ħolqu l-periklu permezz ta’ konklużjoni mid-distanza ta’ Jesus Andres Yepez Morlets li ntemmet barra.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fl-40 minuta, corner ta’ Alan Borg Oli­­vier, għadda tul il-lasti ta’ Zabbar u ntemm barra.

Fil-51 minuta, Melita heddew iżda Matthew Debattista xxuttja ċentrali. Erba’ minuti wara, xutt mid-distanza ta’ Yepez Moriets għadda ftit għoli.

Zabbar wieġbu fit-58 minuta permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Brian Gambarte li ġie salvat mingħajr wisq diffikultá minn Lubik.

Huma komplew jippressaw u fit-62 minuta, Kristijan Keqi ittanta xortih permezz ta’ lob delizzjuż mill-viċin bil-ballun iżda jintemm ftit barra.

Zabbar komplew iżidu fir-rendiment tal-logħob tagħhom u fis-70 minuta, Jovicic għadda lura lejn Maritim Fereira li kellu l-konklużjoni tiegħu devjata f’corner.

Fid-90 minuta huma skor­jaw il-goal importanti meta David Oliveira Souza bir-ras għadda tajjeb lejn VINI­CIUS DE PAIVA, li mill-viċin spara ġewwa.

Erba’ minuti wara, Aldair Simanca Pena tkeċċa għal Melita bit-tieni karta safra. MELITA: 12-Aleksander Lubik, 3-Aldair Pena Simanca, 7-Karl Mohnani, 9-Andre Carlos Penha da Costa, 10-Matthew Debattista (6-Jean Pierre Attard 67), 11-Alan Borg Olivier, 13-Marc van De Font Bovenkamp, 14-David Xuereb (8-Antoine Attard 93), 19-Jesus Andres Yepez Moriets (4-Gareth Barone 86), 26-Kurt Bondin (21-Nick Cutajar 46), 29-Henrique Marcelino Motta – Coach: Clive Mizzi

ZABBAR SP: 24-Matthew Grech, 5-Jake Micallef, 8-Wallace Bonilha Felix (28-Vinicius De Paiva 69), 10-Brian Ariel Gambarte, 11-Stefan Ilic (7-Maritim Augusto Ferreira 64), 13-Zachary Grech, 19-Diogo Joao Tavares (9-Sean Gatt 85), 21-Strahinja Jovancic, 30-Kristian Keqi (99-David Olivera Souza 64), 31-Joao Pedro De Sa Mendonca (23-Leonardo Agius 85), 55-Dorde Jovicic   – Coach: Aniello Parisi

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Thomas Debono

RABA’ UFF: Joseph Scerri

SKORER: V. De Paiva 90 (ZSP)

AMMONITI: A. Simanca Pena, K. Mohnani (M), L. Agius (ZSP)

TKEĊĊA: A. Simanca Pena 94 (M) 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport