Zabbar SP jinsabu viċin ħafna l-akkwist tal-player internazzjonali miċ-Chad, Haroun Tchaouna, li jilgħab kemm fil-pożizzjoni ta’ winger kif ukoll f’dik ta’ striker.
Notevoli huwa l-fatt li dan il-player jiġi proprju ħu Loum Tchaouna li jilgħab ma’ Lazio fis-Serie A fl-Italja.