Wednesday, February 4, 2026

Zabbar St Patrick ikomplu jsaħħu l-iskwadra tagħhom bl-akkwist tal-midfielder Portugiż Bruno Figueiredo

Aqra wkoll

Zabbar St Patrick komplew isaħħu l-iskwadra tagħhom bl-akkwist tal-midfielder Portugiż Bruno Figueiredo.

Il-plejer ta’ 26 sena huwa meqjus bħala akkwist ewlieni għal Zabbar li qed ifittxu li jirkupraw minn sensiela ta’ riżultati diżappuntanti fil-Malta Premier, hekk kif it-tim għadu ma kiseb l-ebda punt fil-Closing Round.

Figueiredo huwa midfielder versatili li jista’ jilgħab kemm f’pożizzjoni ċentrali kif ukoll fuq il-wing tal-lemin.

Huwa qatta’ l-biċċa l-kbira tal-karriera tiegħu fil-Portugall, fejn lagħab ma’ Fabril Barreiro, Oriental Dragon, u CO Montijo, fost oħrajn.

Fi Frar tas-sena l-oħra, Figuereido mar jilgħab il-Kanada, fejn ingħaqad ma’ Valour FC. Matul l-esperjenza tiegħu ta’ 21 xahar, għamel 29 dehra u skorja tliet gowls.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport