Friday, March 14, 2025

Zabbar St Patrick jikkonvinċu u jegħlbu lil Gzira United

Aqra wkoll

Zabbar SP …….3

Gzira Utd ……..0

Minn Cristian Muscat

Zabbar St Patrick ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu l-isfida ta’ Gzira United bl-iskor ta’ 3-0 biex daħlu b’ċans tajjeb li jikkwalifikaw mat-Top Six jekk jegħlbu lil Mosta fil-logħba li jmiss. 

B’din it-telfa, issa l-Maroons huma destinat li jilagħbu fil-Bottom Six għat-tieni darba konsekuttiva.

Gzira kellhom liż-żewġ players importanti, Gabriel Bohrer Mentz u Thaylor Aldama sospiżi, waqt li Diogo Joao Tavares u David Oli­veira Souza rritornaw minn sospensjoni għal Zabbar, b’dan tal-aħħar jiġi utilizzat bħala sostitut fit-tieni taqsima.

Zabbar għamlu l-inten­zjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u ħasdu lill-Maroons meta fetħu l-iskor wara biss 21 sekonda meta KRISTIAN KEQI venven xutt li ntemm fir-rokna tax-xibka.

Gzira wettqu reazzjoni u fis-16-il minuta wara li rċieva minn cross mil-lemin, Faysal Chouaib ra lill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Zabbar, Luca Camilleri isalva tajjeb.

Huma komplew jippressaw u fil-35 minuta, Stefan Ilic kellu x-xutt tiegħu salvat f’corner mill-goalkeeper avversarju, Giulio Mangano.

Gzira wieġbu fil-41 minuta, meta Stefan Denic kellu x-xutt bid-dawra tiegħu jgħaddi ftit għoli.

Fil-51 minuta kienu Zabbar li ħoqlu l-periklu meta s-sostitut David Oliveira Souza kellu t-tentattiv tiegħu salvat tajjeb minn Mangano.

Huma komplew jinsistu u fit-72 minuta rduppjaw l-iskor meta DAVID OLIVEIRA SOUZA mill-viċin ma ħafirx.

L-istess Oliveira Souza kompla jirriżulta bħala theddida kontinwa għad-difiża tal-Maroons u fil-85 minuta kellu d-daqqa ta’ ras tiġi salvata minn Mangano.

Minuta biss wara, Żabbar issiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal meta s-sostitut MARCELA BARROS SANTOS b’xutt fil-baxx ħasad għal kollox lil Mangano li laqa’ iżda ma żammx.

U bil-logħba mirbuħa u mitlfua, iż-Żabbrin komplew jamminsitraw il-vantaġġ kom­du li kellhom sat-tmiem.

ZABBAR SP: 1-Luca Camilleri, 5-Jake Micallef (31-Joao Pedro De Sa Mendonca 68), 10-Brian Ariel Gambarte, 11-Stefan Ilic (99-David Oliveira Souza 46), 13-Zachary Grech (29-Dion Fava 80), 14-Antonio Pio Iervolino (17-Jurgen Pisani 46), 19-Diogo Joao Tavares, 21-Strahinja Jovancic, 28-Vinicius De Paiva, 30-Kristian Keqi (95-Marcelo Barros Santos 74), 55-Dorde Jovcic – Coach: Aniello Parisi

GZIRA U.: 30-Giulio Mangano, 5-Enrico Pepe, 6-Andrew Borg, 9-Faysal Hassany Chouaib, 14-Luis Carlos Riascos, 17-Montell Shaquill, 20-Stefan Denic, 22-Kurt Zammit, 47-Brooklyn Borg (19-Ma­nuel De Filippis 78), 89-Nikola Disic (98-Jackson Mendoza 67), 93-Thiago Espindola   – Coach: Giovanni Tedesco

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Daniel Portelli

SKORERS: K. Keqi 1, D. Oliveira Souza 72, M. Barros Santos 86 (ZSP)

AMMONITI: T. Espindola (GU), J. De Sa Mendonca (ZSP)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport