Naxxar Lions ….0
Zabbar SP ……..3
Minn Cristian Muscat
Zabbar SP komplew jikkonvinċu u wara r-rebħa ta’ 2-1 fuq Balzan, kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta din id-darba għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor konvinċenti ta’ 3-0.
Kienu Zabbar li ħolqu l- ewwel periklu fil-11-il minuta meta Joao Pedro kellu xutt salvat tajjeb mill-goalkepeer Matthias Debono.
Naxxar wieġbu żewġ minuti biss meta wara li rċieva minn corner ta’ Neil Pace Cocks, Barbosa bir-ras għadda lejn Neil Micallef li kellu daqqa ta’ ras oħra tistampa mal-wieqfa.
Iż-Żabbarin għamlu reazzjoni u fis-16-il minuta meta t-tentattiv ta’ Brian Gambarte minn barra l-kaxxa ntemm għoli.
Fit-42 minuta, Zabbar fetħu l-iskor permezz ta’ xutt ta’ BRIAN GAMBARTE mid- distanza li ma ta l-ebda ċans lil Debono jsalva.
Fit-53 minuta Zabbar rebħu penalty meta Fernando Barbosa waqqa’ lil Stefan Ilic fil-kaxxa. Mill-11-il metru, BRIAN GAMBARTE b’xutt fil-baxx xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka biex irreġistra doppjetta personali.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fl-64 minuta kellhom f’saqajhom il-ballun tat-tielet goal meta Gambarte għadda lejn Marcelo Barros Santos li wiċċ imb’wiċċ ma’ Debono ra lil dan tal-aħħar isalva f’corner bi bravura.
Naxxar wieġbu żewġ minuti biss wara permezz ta’ xutt sabiħ minn barra l-kaxxa ta’ Takuma Yamaguchi li għadda ftit għoli.
Erba’ minuti mit-tmiem, iż-Żabbarin issiġillaw ir-rebħa meta wara li rċieva minn minn pass mix-xellug, AUGUSTO MARTIM FERREIRA minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa.
Naxxar wieġbu fil-ħin miżjud meta free-kick insidjuż ta’ Gustavo Barbos Santos għadda ftit barra.
Zabbar SP komplew jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom sa tmiem il-partita hekk kif kienet diġá mirbuħa u mitlufa.
NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef (7-Takuma Yamaguchi 53), 8-Neil Pace Cocks, 9-Francis Baptiste, 10-Edson Farias Cerqueira (13-Kayne Haber 73), 15-Ryan Gilmour Cassar, 19-Gustavo Barbosa Santos, 20-Luan Sergio Nascimento, 25-Fernando Barbosa Pereira (4-Pedro De Assis Barreto 83), 31-Degran Jackson, 44-Ito Yasukaze (28-Giuseppe Bonanno 83) – Coach: George Vella
ZABBAR SP: 24-Matthew Grceh, 5-Jake Micallef, 8-Felix Wallace Bonilha, 10-Brian Gambarte, 11-Stefan Ilic (4-Miguel Azzopardi 85), 13-Zachary Grech, 19-Diogo Tavares (7-Maritim Augusto Ferreira 70), 21-Strahinja Jovancic, 30-Kristijan Keqi (95-Marcelo Barros Santos 60), 31-Joao Pedero De Sa Mendinca, 55-Dorde Jovicic – Coach: Aniello Parisi
REFEREE: Trustin Farrugia Cann
ASS. REFEREES: Luke Portelli, Max-Lee Muscat
RABA’ UFF: Joseph Scerri
SKORERS: B. Gambarte 42, pen. 53, A. Ferriera (ZSP)
AMMONITI: K. Keqi, S. Jovancic, J. P. De Sa Mendonca (ZSP), N. Micallef, E. F. Cerqueira (NL)